186 160504 Komunita SPMC

Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl Triq Emanuele Vitale Rabat RBT 2020 Tel: 21459536 Fax: 21453410 [email protected] 4 ta’...

6 downloads 153 Views 89KB Size
Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl Triq Emanuele Vitale Rabat RBT 2020 Tel: 21459536 Fax: 21453410 [email protected] 4 ta’ Mejju 2016 Għeżież Ġenituri

KOMUNITA’ SPMC

Wara nuqqas ta’ xahrejn minħabba attivitajiet spiritwali oħra li saru f’ Marzu u April, il-grupp “Komunita’ SPMC” se jerġa’ jiltaqa’ biex niċċelebraw il-Quddiesa tal-Ħadd u wara nqattgħu ftit ħin flimkien nitkellmu u naqsmu l-esperjenzi filwaqt li t-tfal joqgħodu jilgħabu flimkien. L-esperjenza ta’ dawk kollha li attendew il-laqgħat ta’ qabel kienet waħda sabiħa u n-numru ta’ familji li qed jattendu qed jiżdied minn xahar għall-ieħor. Dan jimliena b’iktar kuraġġ biex inkomplu din l-inizzjattiva li tgħaqqad tant familji mill-Kulleġġ tagħna u toffri opportunita’ ta’ ħbiberiji ġodda u qsim ta’ esperjenzi . Il-laqgħa li jmiss se tkun nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Mejju 2016. Niltaqgħu fissala tal-Junior School fis-7pm biex fis-7.30pm ikollna l-Quddiesa li din id-darba se tkun ċelebrazzjoni speċjali għall-Jum l-Omm. Min għadu qatt ma attenda u jixtieq jibda jattendi huwa mitlub li jimla’ l-formola li ssibu ma’ din iċ-ċirkolari u jibgħatha malajr kemm jista’ jkun sabiex inkunu nistgħu inżommukom infurmati b’xi avviżi li jista’ jkollna minn żmien għal żmien. Min jixtieq jista’ wkoll iġib xi ħaġa tal-ikel jew xorb biex naqsmuha flimkien wara l-Quddiesa. Inħeġġiġkom biex tiġu u tħajjru familji oħra mill-Kulleġġ jattendu. Grazzi.

Fr Silvio Bezzina mssp Rettur --------------------------------------------------------------------------------------------------ISEM U KUNJOM IL-ĠENITURI _____________________ ISEM IT-TIFEL/KLASSI ______________ MOBILE NUMBER/S _________/___________

EMAIL/S _______________/_______________

DATA TAT-TWELID: ISEM

DATA

ISEM

DATA