160421 Komunita' Sajf S3

Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl Triq Emanuele Vitale Rabat RBT 2020 Tel: 21459536 Fax: 21453410 [email protected] 21 ta...

0 downloads 117 Views 198KB Size
Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl Triq Emanuele Vitale Rabat RBT 2020 Tel: 21459536 Fax: 21453410 [email protected] 21 ta’ April 2016

Komunità Sajf 2016 – Senior 3 Live-in mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl Għeżież Ġenituri, Wara t-tmiem tal-ewwel sena skolastika fil-kulleġġ tagħna norganizzaw dik li aħna nsejħulha KOMUNITÀ SAJF. Dan huwa live-in ta’ tlett ijiem li fih ikun hemm mumenti ta’ talb, xi laqgħat u diskussjonijiet, logħob, baħar u divertiment. Il-komunità tkun immexxija mill-Fathers u l-għalliema tal-SPMC, kif ukoll numru ta’ Old Boys mill-Kulleġġ tagħna. Ikun hemm ukoll xi ġenituri li jgħinu bil-koordinazzjoni ta’ Ms. A. Costa. Għalhekk qed nagħmlu din l-istedina lit-tifel tagħkom biex flimkien ma’ sħabu tal-Sen 3 inqattgħu tlett ijiem live-in flimkien fil-kulleġġ tagħna. Se nibdew il-Komunità nhar it-Tnejn, 8 ta’ Awwissu 2016, fis-6pm.Niltaqgħu fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. U nispiċċaw l-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu 2016, b’quddiesa fis-7pm li għaliha mistiedna wkoll il-familja kollha. Huwa importanti li t-tifel iġib miegħu: ħwejjeġ għal matul il-live-in, malja u xugaman tal-baħar, affarijiet biex jinħasel, lożor u nvesta, żarbun tal-logħob, karkur għall-baħar/shower, sunblock u €35 għall-ispejjeż. Għalhekk nittamaw li tilqgħu din l-istedina għat-tifel biex flimkien ma’ sħabu jkomplu jikbru flimħabba bejniethom u lejn il-Mulej. Jekk jogħġobkom imlew il-formola ta’ hawn taħt u rritornawha sa mhux iktar minn dakinhar tal-aħħar eżami. L-istudenti jistgħu jimpustawha fil-letterbox tadDirettur Spiritwali fejn il-kappella ta’ fuq. Jekk it-tifel għandu xi bżonnijiet speċjali (ta’ mediċina/saħħa, ikel, għawm jew jeħtieġ xi għajnuna oħra) jekk jogħġbokom għarrfuna. Il-paċi magħkom, Fr Karm Debattista mssp u Fr Clinton Farrugia mssp ------------------------------------------------------------------------------------------------------------------Jien, il-ġenitur/kustodi ta’.........................................., qed nagħti l-kunsens biex it-tifel jattendi l-live in li se jsir il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, bejn it-8 u l-10 ta’ Awwissu 2016(Senior 3). Informazzjoni fuq it-tifel li tajjeb li nkunu Kuntatt tal-Ġenituri/Kustodi nafu: emerġenza: (Isem u Mobile/Tel no.)

Firma tal-Ġenitur/Kustodi:

f’każ

ta’